Lokali

Iweġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 55 sena residenti Ħal Balzan, weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa. L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-7:00pm.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn irriżulta li raġel ta’ 55 sena, intlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 20 sena miż-Żejtun.

Il-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.