Jenise Spiteri se tkun qed tikkompeti fl-Olimpjadi tax-Xitwa nhar l-Erbgħa fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-isnowboarding fil-half pipe f’Yunding Snow Park, fis-2.00am ħin ta’ Malta. Jenise Spiteri li għandha missier Malti u omm Amerikana kkwalifikat fl-avveniment tat-Tazza tad-Dinja f’Laax, l-Iżvizzera.
Fost l-atleti li se jikkompetu ma’ Spiteri miċ-Ċina u l-Kanada, hemm ukoll l-Amerikana Chloe Kim li rebħet il-midalja tad-deheb f’PyeongChang. Spiteri se tikkompeti f’żewġ rounds nhar l-Erbgħa bl-aqwa prestazzjoni fl-aħjar round tkun ikkundisrata biex tiddetermina jekk tgħaddix għar-round li jmiss.
“Din hija t-tielet parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Logħob tax-Xitwa. Għalkemm qed nikkompetu ma’ pajjiżi akbar u b’aktar esperjenza, dak li jista’ jkun jonqosna fl-esperjenza nagħmlu tajjeb għalih fl-ispirtu. Ninsabu fiduċjużi li Jenise se tkun qed tagħtiha 100% nhar l-Erbgħa” irrimarkat Charlene Attard, Chef de Mission.
Malta ikkompetiet l-ewwel darba fil-Logħob tax-Xitwa fl-2014 f’Sochi fir-Russja, fejn ipparteċipat fi Pyeongchang, b’Beijing tkun it-tielet dehra għal Maltin fl-Olimpjadi tax-Xitwa.
//= $special ?>