Robert Abela għadu qed jaħbi u jkaxkar saqajh biex jippubblika l-kuntratt ta’ 17,000 ewro fix-xahar li kien qed idaħħal għal tul ta’ snin qabel ma sar Prim Ministru; eluf li ħa mill-Awtorita tal-Ippjanar, mit-taxxi tan-nies.
Minkejja l-isfida ċara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech biex Abela jippubblika dan il-kuntratt… aktar minn 24 siegħa wara, il-Prim Ministru, minkejja li nqabad, għadu qed jaħbi d-dettalji ta’ dan il-kuntratt.
Biex jiġġustifika is-17,000 Ewro fix-xahar, f’kummenti lil media f’żewġ okkażżjonijiet separati, Robert Abela qal li qala’ l-eluf mill-Awtorità tal-Ippjanar għaliex kien jaħdem fil-weekends, għaliex żdiedlu x-xogħol u anke ħadem b’dedikazzjoni.
Dawn il-kummenti ħolqu rabja kbira fost il-Maltin u l-Għawdxin.
Fil-fatt, kienu ħafna dawk li rrimarkaw kif iż-żieda tal-għoli tal-ħajja, s-serq fil-kontijiet u tberbieq ta’ flus il-poplu, huma ħafna iktar mill-1.75 żieda li ħabbar fil-budget… u huma ħafna iktar mill-100 Ewro li se jagħti lejliet Elezzjoni Ġenerali.
U filwaqt li Robert Abela, għalih ħa 17,000 Ewro fix-xahar, minn naħa l-oħra, il-wegħda ta’ Bernard Grech baqgħet waħda ċara.
//= $special ?>