Il-Malta Mountain Bike Association ħabbret il-kollaborazzjoni tagħha ma’ Simonds Farsons Cisk plc. Din il-kollaborazzjoni se ssir mat-tnedija tal-2022 Cisk 0.0 XC National Point Series Calendar għal-din is-sena. In-National Point Series se tikkonsisti f’serje ta’ erba’ tiġrijiet cross country, li se jsiru f’postijiet differenti madwar Malta u se jilħqu l-qofol tagħhom bil-Kampjonati Nazzjonali XC f’Ġunju.
“L-Assoċjazzjoni ma tistax tkun aktar grata għall-appoġġ ta’ waħda mill-aktar ditti popolari f’Malta, Cisk 0.0. Dan l-appoġġ huwa indispensabbli għall-Assoċjazzjoni tagħna biex tipprovdi l-livell ta’ tlielaq li l-membri tagħna mdorrijin bih,” irrimarka Pierre Zammit Endrich, President, Malta Mountain Bike Association.
L-ewwel attività tas-Serje ser issir nhar il-Ħadd 13 ta’ Frar, fit-tmienja ta’filgħodu fil-Miżieb. L-applikazzjonijiet għal din it-tellieqa jagħlqu nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Frar.
//= $special ?>