Futbol Sport

Nike twaqqaf ir-relazzjoni tagħha ma’ Mason Greenwood

Il-kumpanija tal-ħwejjeġ sportivi Nike temmet ir-relazzjoni tagħha mal-attakkant ta’ Man Utd Mason Greenwood wara li ġie arrestat fuq allegazzjonijiet ta’ stupru u fastidju sesswali. Greenwood ingħata l-liberta’ proviżorja nhar l-Erbgħa fejn bosta kumpaniji iddiżassoċjaw ruħhom miż-żagħżugħ ta’ 20 sena.

Nike issospendiet l-isponsorship tagħha il-ġimgħa l-oħra, b’rappreżentat tal-kumpanija jikkonferma li l-kumpanija temmet ir-relazzjoni tagħha ma’ Greenwood bħala atleta assoċjat mal-kumpanija.

Man Utd issospendew li Greenwood milli jitħarreġ mal-club filwaqt li neħħew kull forma ta’ prodotti relatati miegħu mill-ħwienet u mis-sit uffiċjali tagħhom.