Lokali

Problemi biex is-sajjieda jingħataw diesel issussidjat

It-Tnejn waranofsinhar, wieħed seta’ jinnota kaos kbir f’Marsaxlokk.. dan propju sabiex is-sajjieda jkunu jistgħu jixtru diesel issussidjat.. xi ħaġa li għamel Gvern Nazzjonalista.

Dan wara li dan is-servizz ġie pprojbit u intalbu jmorru għant kuntrattur sabiex ikunu jistgħu jixtru id-diesel.

Ġara li għal xi raġuni, is-sajjieda ma ġewx moqdija mill-pompa ta’ Marsaxlokk.. bis-sajjieda saħansitra ma jkunux jistgħu joħorġu fuq xogħolhom.

Il-Tnejn, il-kuntrattur bagħat bowzer sabiex ikun jista’ jagħti id-diesel bi prezz issussidjat iżda kien propju hawn li nqala kaos kbir. Dan meta is-sewwieq tal-bowzer u s-sajjieda ma bdewx jinftehmu minħabba li s-sewwieq jitkellem il-lingwa Taljana biss.

Din id-diżorganizzazjoni minn naħa tal-Gvern, qed titfa’ diversi piż u tbatija fuq is-sajjieda Maltin.

Minn naħa tiegħu, permezz ta’ post fuq Facebook, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi Edwin Vassallo saħaq li din hija biss battalja żejda għas-sajjieda.