Drogi…. Ħasil ta’ flus…. Tranżazzjonijiet fuq id-dark web…
Dawn huma biss ftit mir-reati serjissimi li huma impliakati fihom membri tal-gang involuta fil-ħtif ta’ Carlos Schembri, li seħħ fil-24 ta’ Jannar – każ delikat, li issa spiċċa fil-Qorti.
Il-ġurnal Times of Malta qed jirrapporta li Christian Borg, Tyson Grech, Thorne Mangion, Burton Azzopardi u Jeremy Borg – akkużati bil-ħtif ta’ Schembri u li hedduh li jaqtgħulu subgħajh barra u li jistruprawlu l-oħtu jekk ma jtihomx l-informazzjoni li riedu – jidher li huma involuta f’ħafna aktar każi apparti dan il-ħtif.
It-Times rrapportat li l-Pulizija qed jissoktaw bl-investigazzjonijiet tagħhom biex jaraw kif permezz tal-cryptocurrency dan il-grupp ta’ persuni allegatament qed idaħħlu f’pajjiżna, drogi, armi kif ukoll splussiv mid-dark web.
Jidher ukoll li il-Pulizija mhux jeskludu li dan il-grupp wettaq ħasil ta’ flus permezz ta’ kumpaniji li għandhom ….kif ukoll ta’ persuni oħra qribhom.
Sorsi qrib it-Times qed jisħqu li kemm is-Sezzjoni tal-Pulizija ta’ Kontra d-Drogi kif ukoll tal-Ħasil ta’ Flus qed jaraw il-possibilita kif ix-showroom tal-karozzi u kumpaniji simili intużaw sabiex jaħslu l-flus akkwistati mill-bejgħ ta’ drogi….bil-persuni taħt din l-investigazzjoni partikolari huma Christian Borg u Thorne Mangion….bl-istħarriġ saħansitra jmur lura għal Ġunju 2021.
Dan filwaqt li l-pulizija allegatament qed tinvestiga wkoll lill-ħabib tagħhom, Luke John Milton hekk kif qed jingħad li Milton jaf talab l-għajnuna ta’ Jomic Calleja…li fl-2020, kien tressaq il-Qorti akkużat li allegatament prova jimporta f’pajjiżna splussiv u polonju – sustanza tossika u radjuattiva.
Sorsi qrib il-ġurnal qed jisħqu li Christian Borg qed jiġi kkunsidrat bħala l-moħħ wara l-operazzjoni. Borg…li hu reċediv… huwa sid ta’ diversi kumpaniji ta’ bejgħ ta’ karozzi kif ukoll karozzi tal-kiri, mhux biss f’Malta iżda anke Sqallija u Ċipru.
Iżda apparti dan kollu, Borg kemm-il darba ftaħar fuq il-midja soċjali dwar ir-relazzjoni mill-qrib li għandu mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Labour Robert Abela fejn iddeskrivih ukoll bħala ħabib tajjeb ħafna.
Ta’ min wieħed jinnota wkoll li r-rabta mal-Partit Laburista tmur lil hinn minn hekk, hekk kif bħala garanti biex ingħata l-liberta proviżorja Borg kellu lil Joe Camenzuli…dak li kien il-fotografu uffiċjali tal-Labour.