Lokali Qorti

Anzjan fi sfida lill-Kummissarju tal-Pulizija: Jgħid li ma ġietx investigata Niġerjana li għaddielha flus u deheb fuq promessa ta’ żwieġ

Anzjan ta’ 80 sena mill-Marsa għamel sfida lill-Kummissarju tal-Pulizija fil-Qorti tal-Maġistrati fejn qed jallega li l-Pulizija ma nvestigatx Niġerjana ta’ madwar 45 sena, u dan minkejja li għamel rapport li kien għadda xi flus u deheb lil din il-mara fuq ftehim li sar bejniethom, mwta wegħditu li kienet se tiżżewwġu, u wara sparixxiet.

L-Anzjan li kien qed jixhed quddiem il-Maġistrat Nadine Lia qal li l-każ seħħ fl-2019 u li l-mara kienet ilha xi sentejn Malta u li sar jafha permezz ta’ xi ħadd ieħor. Tenna li għamel xi xahar magħha li kollox kien jindika li kienu se jiżżewwġu fejn hi kienet tgħidlu ħafna affarijiet, fosthom li se tiżżewwġu.

L-Ispettur Wayne Camilleri qal fil-Qorti u li huwa sar jaf lill-anzjan meta mar l-Għassa tal-Marsa u kien qal li kien iltaqa’ ma’ Niġerjana. Tenna li dettalji tal-mara m’għandux u dan għax ġieli qal li l-mara jisimha Julie u ġieli sejħilha Jollie,Tenna li kienu għamlu diversi spezzjonijiet f’residenza fi Triq Zerafa fil-Marsa, fejn l-anzjan qal li kienet toqgħod il-mara, imma ma kien fetaħ ħadd.

Sostna li qatt ma kellu dettalji tagħha, u kien tkellem mal-Maġistrat tal-Għassa u li qatt ma ħareġ mandat ta’ arrest u dan għal raġuni li ma kellhomx l-isem tal-mara, li baqgħet ma nstabitx. L-Ispettur qal li meta huwa bagħat lill-Pulizija ifittxu fl-indirizz indikat u lanqas meta hu personali fittex fuq is-sistema permezz ta’ karta tal-identità ma sabu lil ħadd Tenna li żgur bl-isem li ta l-anzjan ma kien hemm ħadd jabita.

L-Ispettur Wayne Camilleri qal li personalment qatt ma mar fir-residenza, iżda bagħat lill- Puilizija tliet darbiet mill-anqas. Tenna li kemm ilu stazzjonat fit-Taqsima tal-Omiċiudji qatt ma kompla jinvestiga. Kompla jgħid li dan wara kollox huwa każ ċivili, u li dan kien  ikkonfermaħħulu wkoll kien il-Maġistrat tal-Għassa.

Fuq diversi mistoqsijiet tal-avukat Ruth Scott li qed tidher għal anzjan Camilleri qal li minn dak li jiftakar fir-residrenza kien hemm joqgħodu xi barranin oħra, li iżda qatt ma fetħu lill-Pulizija. L-Avukat Scott talbet biex sad-differiment li jmiss tingħata l-opportunità  biex tiġi evalwata l- korrispondinza kollha preżentata mal-isfida.

Il-Qorti qalet li f’sentejn u nofs ma sar xejn….? għaliex illum? Il-Qorti hawn tagħat lill-isfidant żmien ġimgħa biex jippreżenta dawn il-korrispondenzi L-Avukat Scott fis-sottomissjonijiet tagħha qal li  l-isfida saret għax il-Pulizija naqsu milli jinvestigaw kif suppost. U dan fil-konfront ta’ persuna ta’ kważi 80 sena, u li hija vunerabbli.

L-Anzjan spjega lill-Ispettur, li l-mara kienet wegħditu li kienet se tiżżewwġu u li għaddielha l-flus u deheb u ma sar xejn.   “Alla ħares, għax il-Pulizija tmur tfittex lil xi ħadd tliet darbiet u ma ssib lil ħadd ma tkomplix tinvestiga,” qalet l-Avukat.

Minn naħa tiegħu l-Ispettur Camilleri qal li l-Pulizija mhux talli investigat, imma marret oltre, fejn anke talbet għal ħruġ ta’ mandat.     Kompla jgħid li l-anzjan wara biss xahar li kien ilu jafha, ta l-flus u d-deheb għax kien iħobbha, imma ma kien hemm l-ebda kuntratt ta’ żwieġ. “Alla ħares kull min jagħtiu xi ħaġa lil xi ħadd tul il-perjodu ta’ mħabba, jekk tintemm ir-relazzjoni jrid iroddu lura. Kieku dan huwa frodi, kieku hawn ħafna frodisti jiġru mas-saqajn, qal l-Ispettur.” Il-każ ikompli fid-19 ta’ Frar li ġej.