F’sezzjoni A tal-Amateur League Attard ħadu l-kmand tal-klassifika wara li Għargħur naqsu milli jirbħu. Attard għelbu lil Birżebbuġa St Peters b’goal fil-5 minuta tal-logħba minn penalty skurjat minn Nicholas Schembri. Minn naħa tagħhom Għargħur fil-konfrort kontra Siġġiewi temmew il-logħba fi draw ta’ 1-1. Kienu Għargħur li fetħu l-iskor minn Jean Scholey fid-29 minuta filwaqt li Jean Leite Lopes ġab id-dro għal Siġġiewi fit-53 minuta. Kalkara rebħu l-partita kontra Dingli Swallows u leħqu lil Għargħur fit-tieni post tal-klassifika. Joao Azambuja Studart Orban u Jean Claude Cesare fetħu vantaġġ doppju filwaqt li Andre Attard naqqas l-iskor għal Dingli. Kien Nathan Attard li assigura r-rebħa b’goal fil-91 minuta. Ta’ Xbiex inqalgħu minn qiegħ il-klassifika b’rebħa ta’ 2-0 fuq Xgħajra Tornados b’żewġ goals fl-aħħar kwarta tal-partita minn Jurgen Sciriha u Shaminson Farrugia. Msida St Joseph f’partita kontra t-tim ta’ Għaxaq ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, goals skurjati minn Christian Caruana fit-52 minuta u penalty mogħti minn Daniel Claridge fis-87 minuta.
Fis-sezzjoni B Żurrieq għelbu lil Santa Venera Lightnings 3-1 u ħadu l-kmand tal-klassifika b’żewġ goals ta’ Andre Joe Cutajar u goal ta’ Miguel Simiana filwaqt li għal Santa Venera skurja Yuya Emura. Marsaskala naqsu li jżommu l-pass ma’ Żurrieq b’telfa ta’ 1-0 ma’ Mtarfa li minn naħa tagħhom saħħew it-tielet post u issa jinsabu punt biss ’il bogħod mill-istess Marsaskala. Il-Goal li ddeċieda l-partita wasal minn auto goal ta’ Shawn Cesare. Kirkop United għelbu lil Mellieħa b’goal ta’ Dylan Attard wara erba’ minuti logħob. Żabbar St Patrick minn naħa tagħhom għelbu b’faċiltà lil Mdina Knights b’ħames goals skurjati fl-ewwel taqsima bi tripletta ta’ David Oliveira Souza, Jean Pierre Mifsud Triganza u Kenneth Aquilina.
Amateur League – Sezzjoni A | L | P |
Attard | 12 | 25 |
Għargħur | 12 | 23 |
Kalkara United | 12 | 23 |
Birżebbuġa Saint Peters | 12 | 17 |
Msida Saint Joseph | 12 | 16 |
Xgħajra Tornados | 12 | 12 |
Dingli Swallows | 12 | 11 |
Siġġiewi | 12 | 9 |
Ta’ Xbiex | 12 | 9 |
Għaxaq | 12 | 8 |
Amateur League – Sezzjoni B | L | P |
Żurrieq | 11 | 26 |
Marsaskala | 10 | 23 |
Mtarfa | 10 | 22 |
Żabbar St. Patrick | 10 | 19 |
Mellieħa | 11 | 10 |
Qormi | 10 | 9 |
Mdina Knights | 11 | 9 |
Kirkop United | 10 | 8 |
Santa Venera Lightnings | 11 | 8 |