Fl-aħħar 24 siegħa tilfet ħajjitha persuna oħra kaġun tal-Covid-19, mara ta’ 85 sena. Dan itella’ t-total ta’ mwiet f’pajjiżna għal 570.
Matul il-101 ġimgħa ta’ pandemija f’pajjiżna rajna 11-il persuna li tilfet ħajjitha meta kienu pożittivi għall-virus.
Intant, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar ukoll li fl-aħħar sigħat instabu 186 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 286 persuna biex b’hekk il-każi attivi hu dak ta’ 2,230.
U fl-Isptar Mater Dei bħalissa hemm 89 pazjent li jinsabu pożittivi għall-Covid filwaqt li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>