Forzi militari Russi mistennija jġibu l-flotot tagħhom fl-ibħra qrib il-gżejjer Maltin biex ikunu jistgħu iwettqu eżerċizzji militari ta’ sparar minn kanuni u sparar ta’ missili fl-ispazju tal-ajru ta’ pajjiżna.
Net NEWS jinsab infurmat li fil-jiem jew ġimgħat li ġejjin… żewġ flotot Russi se jkunu qed isibu postazzjonijiet fil-baħar Mediterran, lil hinn minn Malta, biex ikunu jistgħu iwettqu dawn l-eżerċizzju. Dan fl-isfond tat-tensjoni kbira li hemm bħalissa bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Dan l-istazzjon bagħat mistoqsijiet b’rabta ma’ dan kollu lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Madankollu, s’issa dawn id-domandi baqgħu mhux imwieġba.
Osservaturi fil-qasam tal-affarijiet barranin li tkellmu ma’ NetNEWS qalulna li dawn l-eżerċizzji militari jistgħu iwasslu għal tħarbit tat-traffiku fl-ispazju tal-ajru Malti. Dan għaliex dawn il-missili jiġu sparati sa 60,000 pied…meta ajruplani li jkunu qed jittajru minn fuq Malta jkunu f’medja ta’ bejn 30 u 40,000 pied … u allura jkunu f’periklu jekk jivjaġġaw fl-istess ħin li jkunu qed isiru t-testijiet missilistiċi.
Dan se jfisser li ajruplani skedati li jittarju f’dan l-ispazju…ikollhom ibiddlu r-rotta kompletament.
Dan fih innifsu se jwassal għal telf ta’ dħul għal pajjizna.
Intant… dawn l-eżerċizzji mhumiex l-uniċi movimenti militari tar-Russi fl-Ewropa. Filfatt il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Irandiż Simon Coveney fl-aħħar jiem kkundanna bl-aħrax attività simili li l-forzi tal-Kremlin wettqu fl-ispazju tal-ajru Irlandiż.
Iżda ffaċċjati b’sitwazzjoni simili f’pajjiżna.. sa issa l-Gvern qed jibqa’ jżomm kollox mistur… u lanqas ma jrid jikkonferma li r-Russi se jkunu qed jużaw l-ispazju tal-ajru Malti għall-eżerċizzji militari tagħhom.
//= $special ?>