Futbol Sport

Hibernians jegħlbu lil Nadur

(Ritratt: MFA)

Hibernians………….2

Nadur Y………………0

Hibernians: M. Calleja Cremona, F. Apap (U. Edafe 82′), L. Almeida, A. Attard (D. Vella 46′), J Grech, J. Degabriele (H. Da Costa Oliveira 65′), Thaylor (A. Muniz 75′), J. Zerafa (G. Artiles 75′), A. Agius, A. Diakite, W. Domoraud

Nadur Y: S. Sultana, M. Tabone, L. Moreira, J. Vella (G. Farrugia 75′), I. Xuereb, J. Zammit (J. Parnis 82′), M. Barbosa , S. Cassar, E. Domingos (G. Muscat 87′), G. Hili, Judivan (L. Atzori 87′)

Referee: G. Tonna

Assistenti referees: E. Spiteri, C. Francalanza

Hibernians kellhom jistennew sat-tieni taqsima biex avvanzaw għall-fażi li jmiss tal-FA Trophy wara li għelbu lil Nadur Youngsters bl-iskor ta’ 2-0. Nadur qatt ma dehru li se joħolqu perkiklu b’Hibernians jikkontrollaw il-partita mill-bidu.

Bil-coach ta’ Hibernians Stefano Sanderra jagħżel li jibda bl-aqwa ħdax tiegħu, kien fit-52 minuta li Hibernians fetħu l-iskor permezz tas-sostitut Dunstan Vella li kkonkluda fuq cross ta’ Jurgen Degabriele. Hibernians għalqu l-partita fit-80 minuta meta kien Jake Grech li kkonkluda b’konklużjoni fil-baxx.

Intant f’partita oħra, Mosta wkoll avvanzaw għall-fażi li jmiss wara li eliminaw lit-tim miċ-Challenge League Luqa St. Andrew’s bl-iskor ta’ 5-0. Il-gowls ta’ Mosta kienu skorjat minn doppjetta ta’ Zachary Brincat u tliet gowls oħra ta’ William Donkin.

St. George’s wkoll avvanzaw b’rebħa ta’ 2-1 fuq Melita. Melita fetħu l-iskor wara tliet minuti permezz ta’ Nick Cutajar filwaqt li Matheus Da Silva u Rafael De Fex dawwru r-riżultat favur St. George’s.