Qorti Taljana ordnat lill-Bank of Valletta tħallas €370 miljun wara telf li sidien ta’ bonds sofrew wara l-likwidazzjoni tal-grupp ta’ bastimenti Deiulemar.
Fl-2009, il-BOV ħa kontroll ta’ trust li kellu fih €363 miljun f’assi tal-kumpanija, b’seba’ sidien kienu nstabu ħatja u arrestati ħames snin minn Qorti Taljana wara li kienu akkużati bi frodi.
Fi stqarrija, il-Bank qal li kien qed jappella din id-deċiżjoni u li ma kellu x’jaqsam mal-ebda ass ieħor ta’ din il-kumpanija. B’hekk, spjega l-Bank, għalissa mhu se jkun qed jinħareġ l-ebda ħlas.
Il-BOV serraħ moħħ kulħadd li l-ħidma tal-Bank mhux se tintlaqat minn din id-deċiżjoni.
//= $special ?>