Lokali

Il-pjazza tal-Imqabba tinqala’… għat-tielet darba

Inkompetenza fil-mod kif sar xogħol fil-pjazza tal-Imqabba qed iwassal biex l-Imqabbin jiffaċċjaw inkonvenjet ieħor. Dan hekk kif din il-pjazza qed tinqala’ għat-tielet darba fi zmien ftit xhur.

Filfatt, wara l-attività tal-Labour ta’ nhar il-Hadd li għadda, it-Tnejn filgħodu reġgħu tfaċċaw barriers fil-Pjazza…biex rega beda jinqala’ l-pavimentar.

Ġurnata biss qabel l-istess attività tal-Labour, il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard ftaħret bix-xogħol u n-nefqa li għamel il-Gvern b’din l-istess pjazza. Jumejn wara, ix-xogħol li tant ftaħret bih Attard kien qed jerġa’ jinqala’.

Il-pjazza tal-Imqabba kienet għamlet xhur twal maqlugħa meta saret, u wara l-iskumdita li kellhom jgħaddu r-residenti ta’ dan ir-raħal dak iz-zmien, issa qed ikollhom jgħaddu minn aktar inkonvenjent minħabba nuqqas ta ppjanar fil-mod kif sar ix-xogħol.