Lokali

Il-purċissjoni mhux se ssir…imma l-vara se tinħareġ xorta

Nhar l-10 ta’ Frar fil-festa ta’ San Pawl Nawfraġju, il-vara ta’ San Pawl fil-Belt Valletta se tkun qed tinħareġ.

Dan tħabbar mill-Għaqda tal-Pawlini fejn ġie spjegat li dakinhar fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija se jkun qed tinħareġ il-vara maestuża ta’ San Pawl fejn se tkun akkumpanjata mill-banda tas-Soċjeta Filarmonika Nazionale La Vallette fi Triq San Pawl.

Ġie spjegat li l-vara se tkun qed tinħareġ fit-triq waqt avveniment ‘seated’ għall-pubbliku hekk kif l-attività se tkun organizzata skont il-protokolli mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Bosta kienu dawk fl-aħħar jiem li saħqu li qed issir diskriminazzjoni assoluta mal-festi li solitament isiru fix-xhur ta’ Frar u Marzu – hekk kif il-festi se jkunu qed jittellgħu b’mod meqjusa normali minn April.

https://www.facebook.com/ghaqdatalpawlini/posts/2179696402179115?cft[0]=AZXd4XyF8iOLfOZrji5_rQh4HPRm_jLWa9S1fvQJ1d24n5cEprjSyIxcJTw67K6TaCYfSmymyn10mONSPmvQISFJ5tOc-oCuAdoV_w5PaTOs248RpO-631D3kho-PfTL3UlCOe1PbcArcGdkLLB8NN-9&tn=%2CO%2CP-R