Illum il-Premier League jirritorna bi tliet partiti fosthom Man Utd kontra Burnley. Man Utd se jkunu qed iħarsu li jirreaġixxu għall-eliminazzjoni li kellhom fl-FA Cup kontra Middlesborough wara l-għoti tal-penalties. It-tim immexxi minn Ralf Rangnick jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika bi 38 punt fejn tliet punti huma mperattivi biex iżommu ħajjin it-tamiet li jagħmluha mal-ewwel erba’. Min-naħa l-oħra Burnley jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika u se jkunu qed iħarsu li joħorġu minn din il-partita rebbieħa jekk iridu jżommu posthom fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż.
Intant f’partita oħra żewġ timijiet li kienu attivi ferm fis-suq tat-trasferimenti meta f’St.James’ Park Newcastle jaffrontaw lil Everton. Xejn anqas minn tliet punti m’huma se jissodisfaw liż-żewġ timijiet, b’Everton se jkunu immexxija għall-ewwel darba fil-Premier League minn Frank Lampard, fejn mistennija jiddebuttaw l-akkwisti Donny Van de Beek kif ukoll Dele Alli. Newcastle min-naħa l-oħra investew ukoll bl-akkwist Bruno Guimaraes mistenni jkun parti mill-iskwadra bit-tama li jinqalgħu miż-żona relegazzjoni.
PREMIER LEAGUE
Illum: Newcastle v Everton 8.45pm, West Ham v Watford 8.45pm, Burnley v Man Utd 9.00pm
//= $special ?>