Futbol Sport

Inter b’rebħa komda fuq Roma

(Ritratt: EPA)

Gowl f’kull taqsima għall-Inter kienu biżżejjed biex jeliminaw lil Roma bl-iskor ta’ 2-0 u jkunu l-ewwel tim fis-semi finali. Rebħa li taffiet xi ftit id-diżappunt tat-telfa kontra Milan fid-derby ta’ ġranet ilu. Wara biss żewġ minuti Inter fetħu l-iskor permezz ta’ Edin Dzeko li minn azzjoni ta’ Ivan Perisic għeleb lil Rui Patricio.

Bil-logħob jibqa’ maqsum fejn f’mumenti Roma kienu aktar fil-partita mill-avversarji, fit-68 minuta Inter irduppjaw. Minn pass ta’ Matteo Darmian kien Alexis Sanchez li għeleb mill-ġdid lil Patricio . Gowl li kien biżżejjed biex Inter jikkonsolidaw posthom fis-semi finali.

Coppa Italia

Illum: Inter v Roma 2-0 Għada: Milan v Lazio 8.45pm