Għaddew iktar minn erba’ xhur, bit-triq li kienet ċediet f’Wied il-Qlejja għadha kif kienet u ma tranġatx.
It-triq kienet ċediet wara maltempata li kienet laqtet lill-gżejjer Maltin lura f’Ottubru… liema triq kien sar xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet fuqha biex il-post ikun imħejji għall-ilmijiet tax-xitwa… iżda jidher li dan ix-xogħol, bħal ħafna xogħlijiet oħra, ma sarx kif sippost.
Ħafna li tkelmu ma’ Net News qalu magħna kif dan il-xogħol, minflok iffaċilità l-aċċess għall-vetturi u persuni li jgħaddu minn din it-triq, spiċċa kien biss ħela ta’ flus il-poplu.
Ftit tas-sigħat wara li ċediet din it-triq, din il-parti ngħalqet temporanjament… iżda jidher li s’issa, l-unika azzjoni li ttieħdet kienet l-għeluq ta’ din it-triq.