Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau appella biex is-sewwieqa tat-trakkijiet li għaddejjin bid-dimostrazzjonijiet kontra r-regoli tal-Covid ‘ma jdejjqux aktar lin-nies’. Dan wara li l-kapitali Ottawa spiċċat ipparalizzata minn kważi ġimgħatejn ta’ protesti, bi Trudeau itenni li l-Kanadiżi jinsabu ‘iddiżgustati’bl-aġir ta’ xi dimostranti (truckers) li qed jinfexxu fil-vandaliżmu u aġir razzista.
Għadu japplika l-istat ta’ emerġenza għal Ottawa fejn mijiet ta’ trakkijiet qed jikkaġunaw paraliżi u mhux ftit tat-tensjoni fiċ-ċentru tal-kapitali. Dan waqt li numru kbir ta’ stabbilimenti u negozji kellhom jagħlqu f’dawn iċ-ċirkustanzi.
Fl-aħħar sigħat, imħallef f’Ottawa ħareġ direttiva biex it-truckers jieqfu għal għaxart ijiem mid-daqq konsistenti tal-ħornijiet tal-vetturi fost l-inkonvenjent tar-residenti.
//= $special ?>