Futbol Lokali Sport

Kerċem Ajax isaħħu t-tielet post

(Ritratt: Gozo F.A. / Anaca Photography)

Fil-jiem li għaddew Xewkija Tigers waslu fi ftehim mal-kowċ Alex Simoncic u l-assistent tiegħu Nenad Timkov biex itemmu l-ħidma tagħhom mal-iskwadra ewlenija u minflok inħatar Daniel Bogdanovic. L-istess Bogdanovic ma kellux daqstant bidu feliċi meta t-tim tiegħu ġie megħlub minn Kerċem Ajax bl-iskor ta’ 3-1. Sebastien Martinez Turizo skurja żewġ goals u goal ieħor ta’ Euller Da Silva Rodrigues fetħu vataġġ ta’ tliet goals. Xewkija T naqsu l-iskor fl-74 minuta minn Joseph George Vella. F’logħba oħra mill-ewwel diviżjoni Victoria Hotspurs u Għajnsielem temmew il-partita fi dro ta’ 1-1. Għal Għajniselem iddebutta l-kowċ Gotthard Conti li ħa t-tmexxija fil-ġranet li għaddew. Kienu Għajniselem li fetħu l-iskor fid-49 minuta minn Shaun Attard filwaqt li Damon Hili skurja l-gowl tad-dro 8 minuti wara.

L-Ewwel DiviżjoniPPTS
Nadur Youngsters FC1234
Ghajnsielem FC1223
Kercem Ajax FC1222
Victoria Hotspurs FC1215
Sannat Lions FC1112
Xewkija Tigers FC1211
Oratory Youths FC1210
SK Victoria Wanderers117
Xagħra U jirbħu l-konfront dirett ta’ qiegħ il-klassifika (Ritratt: Gozo F.A. / Anaca Photography)

Fit-tieni diviżjoni ntlagħbet logħba diretta fil-qiegħ tal-klassifika bejn Għarb Rangers u Xagħra United, b’dawn tal-aħħar jirbħu bl-iskor ta’ 4-1. Din kienet it-tieni rebħa tal-istaġun ta’ Xagħra U kontra l-istess Għarb R. Xagħra U fetħu l-iskor minn Arthur Farrugia fid-9 minuta. Għarb fallew iċ-ċans li jġibu l-iskor indaqs meta l-gowler Xuereb salva x-xutt minn ħdax-il metru ta’ Duran Rodrigo Apestegui. Fi tmiem l-ewwl taqsima Xagħra U kabbru l-vantaġġ minn Shemar Tristan Blair. Fil-bidu tat-tieni taqsima Għarb R daħlu fil-logħba b’gowl ta’ Francesco Cini biex Francesco Cauchi skorja dopjetta fit-52 u l-74 minuta biex għalaq il-logħba li rat lill-istess Xagħra U jiftħu vantaġġ ta’ tliet punti fuq l-istess Għarb. F’logħba oħra mill-istess diviżjoni St. Lawrence Spurs rebħu lil Żebbuġ Rangers bl-iskor ta’ 2-1. Kien Joseph Buhagiar li fetaħ l-iskor fl-47 minuta biex għaxar minuti wara Alen Haska rdoppja. Fil-ħin mogħti żejjed Eman Bugeja skurja għal Żebbuġ Rangers mill-ħdax-il metru għal skor finali ta’ 2-1.

Fit-tieni diviżjoni ntlagħbet logħba diretta fil-qiegħ tal-klassifika bejn Għarb Rangers u Xagħra United, b’dawn tal-aħħar jirbħu bl-iskor ta’ 4-1. Din kienet it-tieni rebħa tal-istaġun ta’ Xagħra U kontra l-istess Għarb R. Xagħra U fetħu l-iskor minn Arthur Farrugia fid-9 minuta. Għarb fallew iċ-ċans li jġibu l-iskor indaqs meta l-gowler Xuereb salva x-xutt minn ħdax-il metru ta’ Duran Rodrigo Apestegui. Fi tmiem l-ewwl taqsima Xagħra U kabbru l-vantaġġ minn Shemar Tristan Blair. Fil-bidu tat-tieni taqsima Għarb R daħlu fil-logħba b’gowl ta’ Francesco Cini biex Francesco Cauchi skorja dopjetta fit-52 u l-74 minuta biex għalaq il-logħba li rat lil istess Xagħra U jiftħu vantaġġ ta’ tliet punti fuq l-istess Għarb. F’logħba oħra mill-istess diviżjoni St. Lawrence Spurs rebħu lil Żebbuġ Rangers bl-iskor ta’ 2-1. Kien Joseph Buhagiar li fetaħ l-iskor fl-47 minuta biex għaxar minuti wara Alen Haska rdoppja. Fil-ħin mogħti żejjed Eman Bugeja skurja għal Żebbuġ Rangers mill-ħdax-il metru għal skor finali ta’ 2-1.

It-Tieni DiviżjoniPPTS
Qala Saints719
Munxar Falcons714
Zebbug Rovers811
St Lawrence Spurs89
Xaghra United87
Gharb Rangers84