Manchester United għal darb’oħra reġgħu ddiżappuntaw meta kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Burnley. Kienu Manchester United li fetħu l-iskor wara 18-il minuta permezz ta’ Paul Pogba. Burnley ġabu l-iskor indaqs fis-47 minuta permezz ta’ Jay Rodriguez bl-istess Burnley jagħrfu jagħlqu l-ispazji biex kisbu punt importanti.
Rebħa kruċjali ta’ 3-1 għal Newcastle United fuq Everton. Fis-36 minuta Everton marru fil-vantaġġ b’auto goal ta’ Jamaal Lascelles li għeleb lil Martin Dubravka. Għaddew żewġ minuti bi Newcastle jiksbu l-gowl tad-draw. Auto-goal ieħor din id-darba ta’ Mason Holgate li għeleb lil Jordan Pickford għal 1 – 1 . Riżultat li biħ intemmet wkoll il-partita. Fil-56 minuta Newcastle marru fil-vantaġġ permezz tra’ Ryan Fraser sabiex b’Everton jonqsu milli jwettqu reazzjoni fit-80 minuta Kieran Trippier mill-ġdid għeleb lil Pickford u għalaq il-partita.
Gowl f’nofs it-tieni taqsima kien biżżejjed għal West Ham għelbu lil Watford 1-0. 0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Fit-68 minuta West Ham fetħu l-iskor permezz ta’ Jarrod Bowen li minn azzjoni ta’ Manuel Lanzini għeleb lil Ben Foster.
PREMIER LEAGUE
Illum: Newcastle v Everton 3-1, West Ham v Watford 1-0, Burnley v Man Utd 1-1 Għada: Man City v Brentford 8.45pm, Norwich v C. Palace 8.45pm, Tottenham v Southampton 8.45pm, A. Villa v Leeds 9.00pm