Mario Camilleri ta’ Valletta Subbuteo Club rebaħ il-kategorija tal-veterani fil-Grand Prix li kienet organizzata fi Franza. Fil-kompetizzjnijiet individwali Camillieri għeleb lil Belġjan Erich Threis fil-finali bl-iskor ta’ 1-0, bi Christophe Dheur, player ieħor ta’ Valletta SC, jirnexxielu jasal sal-kwartifinali tal-kategorija Open.
Min-naħa l-oħra fil-kompetizzjonijiet tat-timijiet Malta kienet irrapreżentata minn Valletta SC u Bormla SC. It-tim ta’ Valletta kien magħmul minn Derek Conti, Mario Camilleri , Christophe Dheur u Ludovic Phontieux. Huma kienu megħluba fis-semi finali minn SC Charleroi, bil-partita tintemm 2-2, iżda ħarġu telliefa bid-differenza ta’ gowls.
It-tim ta’ Bormla, li kien kompost minn Josef Camilleri, Tristan Fenech, Jason Pisani, Pierre Deeluew u Besim Golger, rnexxielhom jaslu sal-kwartifinali fejn eventwalment kienu megħluba minn Napoli Eagles bl-iskor ta’ 3-0.
//= $special ?>