Lokali Qorti

Oħt l-allegat vittma fil-każ ta’ ħtif tgħid li kienet mhedda hekk kif l-akkużati jitpoġġew taħt att ta’ akkuża

Oħt l-allegat ta’ vittma ta’ ħtif li seħħ lejn l-aħħar tax-xahar li għadda qalet fil-Qorti li hija tinsab imbeżża’ mill-akkużati u  dan għaliex ġiet mhedda. Minkejja l-prosekuzzjoni saħqet li dan huwa wieħed mill-fatturi li l-Qorti m’għandhiex tagħti l-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju, l-Maġistrat Monica Vella laqgħet it-talba sabiex Christian Borg u Jeremy Borg jingħataw il-ħelsien mill-arrest u huwa biss Tyson Grech li għandu baqa’ jinżamm taħt arrest.

Il-Qorti ddikjarat ukoll li prima facie hemm raġunijiet biżżejjed biex il-ħames irġiel jitpoġġew taħt att ta’ akkuża. Christian Borg ta’ 28 sena mis-Swieqi, Thorne Mangion ta’ 27 sena minn Ħal Qormi, Tyson Grech ta’ 26 sena mill-Isla, Burton Azzopardi ta’ 20 sena minn Bormla u Jeremy Borg ta’ 20 sena minn Ħal Qormi kompew għaddejjin kumpilazzjoni fejn jinsabi akkużati bil-ħtif ta’ seħibhom Carlos Schembri.

Azzopardi u Mangion diġa’ ngħataw il-ħelsien mill-arrest fl-aħħar seduta bil-kundizzjoni li jiffirmaw darbtejn fil-ġimgħa fl-Għassa tal-lokalita tagħhom, fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €5,000.

Huma ġew ordnati wkoll biex ma javviċinawx lix-xhud u lill-familja tal-allegat vittma. Christian Borg u Jeremy Borg ingħataw il-ħelsien mill-arrest bl-istess kundizzjonijiet biex issa baqa’ biss Tyson Grech arrestat u dan minħabba nuqqas ta’ affidabilita.

Is-seduta li damet sejra aktar minn tlier sigħat rat batti-bekki sħaħ bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni, l-aktar dwar il-mod kif bdew isiru d-domandi. Xhud importanti kienet oħt il-vittma li qalet li hija taf prattikament lill-akkużati kollha, b’wieħed minnhom kien ukoll joħroġ ma’ oħta, u li qed tħossha mbeżża’ minnhom kollha.

Hija rribbattiet ukoll dak li qal l-Avukat Jason Grima għad-difiża li hija kellha relazzjoni, anke sa ftit ilu ma’ wieħed mill-akkużati. L-ewwel xhud  kienet Rita D’Anastas li toqgħod ir-Rabat li qalet li dak inhar tal-inċident, jiġifieri l-Ġimgħa, 21 ta’ Jannar ħarġet  tittawwal u rat vann.

Qalet li kien wara nofs inhar. Il-vann kien quddiem id-dar tagħha u li hija taf lil Carlos Schembri għax għandu garaxx ħdejha. Hija ttawwlet mill-gallarija għal isfel u ħasbeb li kien weġġa’ għax ratlu d-demm f’ħalqu. Ħasbet li dawk li kienu miegħu kienu se jieħduh il-polklinika jew l-isptar.

Kull ma semgħet kien biss xi ħadd jgħid – “Carlos Oħroġ”. Sostniet li Carlos kien fil-karozza tiegħu Carlos ta’ kulur griż. Wara li semgħet il-kelma oħroġ, qalet li  dalet il-ġewwa. Il-vann li rat kien abjad.  

Il-prosekutur  minn naħa tal-AĠ, l-Avukat Karl Muscat, staqsieh jekk tafx jekk il-vann kienx mixgħul jew mitfi, u qalet li ma tafx għax ma damitx fil-gallarija.

Wara xehed Francis Galea, li jmexxi petrol station fil-Fgura, li tinsab Żabbar Road. Qal li ilu jaħdem hemm 12-il sena.  

Tenna li ma jaf xejn u ma ra xejn stramb. Qal li l-Pulizija kellmuh u marru jieħdu filmati tas-CCTV, u kull ma għamel kien li tahom aċċess u dan kien fuq vettura bajda. Qal li kien qiegħed ġeww jagħmel xi xogħol ieħor għax fil-pompa ma ma mkienx hemm nies dak il-ħin. Raha biss il-vann dieħel u jerġa’ jitlaq, u dan ġatra f’sekonda.

Tenna li ma jafx minkien qed isuq il-vann għax sakemm ħareġ sal bieb kien telaq wara liġei mid-direzzjoni ta’ Raħal Ġdid lejn il-Fgura. Il-vann ma waqafx quddiem il-ħanut li hemm fil-pompa fejn kien hemm hu, u dan distanza ta’ madwar disa’ metri.

Hu biss kien hemm u kien se jagħtih il-petrol filwaqt li żewġ ħaddiema oħra li hemm jaħdmu kienu wieħed fil-garaxx tat-tyres u l-ieħor mal-car wash. Tenna li sar jaf x’ġara l-għada meta marru l-Pulizija.

Kollox kalm kien u qatt ma raha dan il-vann. Skopra kollox meta raha l-filmat. Il-prosekuzjoni talbitu x’kien raha fil-filmat, bid-difiża tgħid li jekk il-Qorti għandha l-filmat, mhemmx il-ħtieġa li Galea joqgħod jgħix x’fih il-filmat.

Il-Maġistrat Monica Vella qalet li f’dan l-istadju x-xhud għandu jgħid  x’hemm fil-filmat, li huwa kkonferma li rah mal-Pulizija. Fil-filmat deher il-vann jieqaf u persuna toħroġ minn wara. Warajh ħareġ xi ħadd ieħor, u deher li kien ħareġ ix-xufier.  

Ix-xhud qal li l-Pulizia marru l-pompa tliet darbiet fuq fil-filmat. Hawn id-difiża qalet li diversi ripetuzzjonijiet minn naħa tal-prosekuzzjoni fid-domandi qed iwasslu għal aktar taħwid. Wara aktar mistoqsijiet, ix-xhud identifika lill-allegat vittma, dejjem għax qal li raha l-filmat.

Wara xehed Terry Galea li qal li għandu garaxx f’għalqa mhux bogħod  minn fejn ġara l-inċident. Tenna li ma jaf lil ħadd minnhom, la lill-akkużati u lanqas lil Schembri,

Tenna li fil-ġurnata inkwistjoni kien il-garaxx fejn jaħdem li jinsab faċċata ta’ fejn ġara l-każ. Huwa sema’ għajjat qiesu xi ħadd qed jokrob.  Qal li kien hemm vann abjad iparkjat faċċata, u li ma setax jara sew mill-pożizzjoni li kien.

Vann li kien ipparkjat fil-Main Road uli kien qed jagħlaq karozza Mercedes griża. Tenna li ħasibhom li kienu qed jiċċajtaw ma deherux li kienu aggressivi u kienu xi tnejn jew tlieta. Qal li wara kull ma raha hija l-bieba ta’ wara tingħalaq b’ċertu saħħa u l-vann jitlaq.

Meta staqsewh il-Pulizija hu qalilhom li ma jafhomx, u li lanqas għandu Facebook. Qal ukoll li raha persuna titlaq bil-miexi waħidha mill-post u mhux bil-vann. Meta l-Qorti staqsietu jekk hux qed jagħrfu fl-awla, ix-xhud qal li minkejja li mhux ċert mija fil-mija, jidher li kien Jamie Borg. Ix-xhud qal li dan telaq fid-direzzjoni tan-Nigret bil-mixi.  

Wara xehedet Amanda Grech, li toqgħod il-Mellieħa. Qalet li il-ġenituri tagħha jikru garaxx lill-allegat vittma u li hu jħallas tiegħu 350 ewro fix-xahar u li bejn wieħed u ieħor iħallas f’nofs ix-xahar. Grech qalet li saret taf x’ġara l-għada mill-aħbarijiet u li wara l-każ kien ċemplilha Schembri u qalilha li kollox ok fuq il-kera.

Qalet ukoll li s-Sibt filgħodu l-għada tal-inċident irċiviet telefonata minn naħa tas-sanità li qalulha jekk għandhiex xi garraxxijiet mikrijin fil-Fgura jew Ħaż-Żebbuġ, u qaltlu le, għandha biss fir-Rabat, għax hi kienet tieħu ħsieb il-kera tal-ġenituri tagħha.

Xehdet ukoll l-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa li qalet lill-Qorti li tnejn mill-ko-akkużati, Christian Borg u Camenzuli, kienu rrappurtaw sitt vetturi misruqa fl-għassa ta’ Marsascala. Camenzuli huwa direttur f’waħda mill-kumpaniji ta’ Borg.

Borg qal lill-pulizija li kien staqsa lil Schembri dwar is-serqiet u li Schembri kien qallu li waħda mill-vetturi misruqa, vann, kienet f’garaxx tal-aħwa Alessio u Charlton Magro. L-aħwa Magro qalu lill-pulizija li Schembri kien ġabilhom il-vann mingħajr pjanċi tan-numri.

Tixhed oħt l-allegat vittma

It-tensjoni fl-awla żdiedet bi ftit meta oħt il-vittma telgħet fuq il-pedana tax-xhida. Qalet li dakinhar waranofsinhar kellha tiltaqa’ ma’ ħuha. Iżda meta waslet fil-garaxx tar-Rabat, il-bieb ingħalaq u l-karozza tiegħu kienet ipparkjata barra, bil-bibien tagħha miftuħa. Kien hemm qtar tad-demm ġewwa l-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq.

Hija bagħtet sms lil ħuha, iżda filwaqt li l-messaġġi kienu mmarkati kif dehru, huwa ma weġibx. Dan kien mhux tas-soltu ħafna, qalet. Iktar tard ħadet telefonata mingħand ommha li tistaqsi jekk tafx lil Tyson Grech. Hi u Grech kienu ħbieb fuq Facebook, u għalhekk bagħtlu messaġġ biex titlob iċ-ċwievet u l-mowbajl ta’ ħuha.

L-għada, hija rċeviet 10 missed calls. Meta ħadet waħda minn dawk it-​telefonati, min iċempel wissietha li “hi u l-​familja tagħha kienu se jerfgħu r-​responsabbiltà taʼ dak kollu li ma kienx sar lil ħuha.”

F’dan il-punt fl-awla, Grech niżżel il-maskra u tbissem lix-xhud. Dak il-ġest ġie osservat mill-Maġistrat, li staqsiet lil Grech jekk kienx qed jipprova jintimida lix-xhud. Il-ġest ta’ Grech kien fost ir-raġunijiet li swieh il-libertà proviżorja.Il-każ ikompli fid-9 ta’ Marzu.

L-Ispetturi Roderick Attard u Sarah Kathleen Zerafa tħarrku, assistiti mill-avukati tal-AG Karl Muscat u Francesco Refalo. Bħala avukati difensuri dehru l-avukati Giannella de Marco, Gianluca Caruana Curran, Michael Sciriha, Robert Spiteri, Franco Debono, Francesca Zarb u Jason Grima. L-avukati Edward Gatt u Shaun Zammit qed jassistu lill-familja tal-vittma