Lokali Parlament

Robert Abela kien l-avukat ta’ Konrad Mizzi fl-Air Malta; direct order oħra lil Deborah Schembri fl-Awtorità tal-Ippjanar

Jason Azzopardi jisfida lill-Prim Ministru jippubblika diversi kuntratti fosthom dak tal-kumpless li ngħata Joseph Muscat f’Sa Maison

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi żvela fil-parlament llejla li l-Prim Ministru Robert Abela kien il-konsulent tal-ex Ministru Laburista Konrad Mizzi l-Air Malta u sfida lill-gvern biex jippubblika diversi kuntratti fosthom dak dwar l-għoti tal-ex kumpless tal-Gozo Channel li qed juża’ Joseph Muscat f’Sa Maison.

Fl-Aġġornament tal-parlament Jason Azzopardi qal li fis 6 ta’ Settembru 2016 ingħata direct order lid-ditta legali ta’ Robert Abela li ġġedded mill-2013. Kumbinazzjoni kull xahar l-ammont li ħlas mill-MEPA kien ta’ €7,376 minkejja li tela’ għal €17,000 kull xahar. Meta Robert Abela jew il-Awtorità tal-Ippjanar se jippubblikaw il-kuntratt li bih kien ordnat lilu l-ħlas ta’ €17,000 kull xhar mill-AP biss?

Hu qal li fl-2017 ingħata wkoll direct order ta’ €42,000 fis-sena għalt tliet snin lil-ex Segretarja Parlamentari Deborah Schembri. Fl-istess waqt li d-ditta legali ta’ Robert Abela kienet qed titħallas €17,000 fix-xahar għax-xogħol legali mal-Awtorità tal-Ippjanar, sal-2019 Deborah Schembri ingħatat ukoll direct order ta’ €42,000 kull xahar mill-Awtorità tal-Ippjanar għal tliet snin.

Il-MEPA, taħt l-ex Prim Ministru Joseph Muscat, wara l-2013 ta lil Robert Abela €17,000 kull xahar u fl-istess ħin ta €42,000 kull sena lil Deborah Schembri għal tliet snin. Dan ifisser li, jew id-ditta ta’ Robert Abela kienet inkompetenti tant li ma kinitx f’pozizzjoni li tagħmel ix-xogħol li taw direct order ta’ €42,000 lil Deborah Schembri għal tliet snin, inkella hemm xi ħaġa oħra.

Jason Azzopardi sostna li dan ma kienx biżżejjed għax Robert Abela kien ukoll l-avukat ta’ Konrad Mizzi fl-2018 u kien hemm impenn u rabta b’kuntratt minn Konard Mizzi li ta garanzija ta’ iffirmat minn Konard Mizzi fl-aħħar minuta lil cockpit crew; liema ftehim kien negozjat minn Robert Abela bħala avukat ta’ Konard Mizzi.

Hu appella lil Robert Abela biex jippubblika l-kuntratt li kellu mal-Air Malta u kemm tħallas tax-xogħol li wettaq.

Minkejja li saru diversi mistoqsijiet fil-parlament dwar il-propjetà li ngħata lil Joseph Muscat f’Sa Maison, għadu mhux magħruf kif oriġina l-użu tal-post. Il- Ministru Ian Borg iddikjara li ma kienx responsabbli għalkemm hu responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet. Jason Azzopardi insista li l-gvern jippubblika l-kuntratt ta’ dan il-kumpless li l-gvern ta lil Joseph Muscat.