Fl-aħħar sigħat qamet rabja kbira hekk kif instabu seba’ ġriewi mejta wara li ntremew barra eżatt wara li ommhom weldithom, tant li kienu għadhom bl-umbilical cord. B’kollox instabu tmien ġriewi, b’wieħed biss li salva.
Fortunatament, Deston, il-ġeru li salva jinsab b’saħtu.
Jidher li l-persuna li sabithom ċemplet minnufih lil Animal Welfare iżda sfortunatament ma laħqux taw l-ewwel għajnuna lill-maġġoranza tal-ġriewi hekk kif kienu diġa’ mejta.
Mhux magħrufa l-persuna jew persuni li ħadu l-ġriewi mingħand il-kelba u remew lill-ġriewi barra.
Fuq post fuq Facebook intqal kif wieħed għandu jitlob l-għajnuna biex tinstab familja li tħobbhom minflok joqtlu numru ta’ ġriewi.
ATTENZJONI: Hawn taħt hawn ritratt grafiku li jaf jimpressonak.
