Mara ta’ 92 sena hija l-aħħar vittma tal-Covid-19, bl-ammont ta’ mwiet kaġun tal-pandemija issa jitla’ għal 572. Fl-aħħar 12-il jum pajjiżna ra 31 mewta.
Fl-aħħar sigħat f’Malta u f’Għawdex instabu 172 każ ġdid.
Il-Ministeru tas-Saħħa permezz tal-paġna fuq Facebook ħabbar li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa fiequ 304 persuni, filwaqt li l-każijiet attivi issa niżlu għal 2,097.
Minn 79 każ ta’ Covid-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 4 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>