Futbol Sport

Chelsea fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs

(Ritratt: EPA)

Chelsea se jiltaqgħu ma’ Palmeiras fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs meta fil-Mohamed Bin Zayed Stadium għelbu lil Al-Hilal bl-iskor ta’ 1-0. Kien Romelu Lukaku li skorja l-gowl uniku tal-partita meta minn cross ta’ Kai Havertz tefa’ bir-ras fix-xibka għal 1-0. Chelsea se jkunu qed iħarsu li jirbħu l-unika trofew li għadhom ma rebħux taħt it-tmexxija tas-sid Russu Roman Abramovich fid-19 -il sena li ilu f’idejh il-club.

TAZZA TAD-DINJA TAL-CLUBS

Illum. Al-Hilal v Chelsea 0-1 Is-Sibt: Finali: Chelsea v Palmeiras 5.30pm