Kultura Lokali

Il-kunċert ta’ ‘Modern Talking’ f’Malta

F’Jum San Valentinu, f’pajjiżna se jsir kunċert li għalih hawn stennija kbira. Mużika tas-snin 80 u 90, illi se tkun fiċ-ċentru ta’ kunċert li se jagħmel il-kantant ewlieni ta’ ‘MODERN TALKING’, Thomas Anders, li se jkun qed ikanta l-aqwa suċċessi tiegħu f’kunċert fl-14 ta’ Frar, fl-MFCC f’Ta Qali.

Net News tkellem ma’ Peter Caruana li huwa wieħed mill-persuni li qed jorganizzaw dan il-kunċert, hekk kif issa qed isiru l-aħħar preparamenti biex pajjiżna jilqa’ lil Thomas Anders ta’ Modern Talking. L-iktar siltiet popolari tagħhom jinkludu “You’re My Heart, You’re My Soul”, “Cheri, Cheri Lady”, ‘No Face, No Name, No Number’, ‘Brother Louie’ u aktar, li kollha mistennija jinstemgħu matul is-serata tal-14 ta’ Frar, fl-MFCC.

Intant, skont ir-Regolamenti tal-Gvern, il-persuni li jattendu għal dan l-avveniment jridu jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin biex jidħlu fil-post. Dan jeskludi tfal taħt it-12-il sena.