Lokali

IL-KUNTRATT TA’ Є17,000 FIX-XAHAR: Oriġinarjament Abela stess kien indika li ried iżommu

Meta l-Prim Ministru Robert Abela kien beda l-kampanja tiegħu sabiex jilħaq Mexxej tal-Labour, u beda bil-premessa li hu u martu jibqgħu jżommu l-kuntratt ta’ 17,000 fix-xahar kif ukoll xogħol ieħor li kellhom mal-Awtorità tal-Ippjanar. Iżda sal-aħħar tal-kampanja… kellu jbiddel l-ammissjoni tieghu..

Lura f’Jannar tal-2020, f’kummenti li kien ta lill-Malta Today kien qal li jekk jiġi elett Prim Ministru kien se jirriżenja mill-kumpanija legali tiegħu, iżda insista li martu għandha kull dritt li taħdem għall-Gvern bħal kumpanija legali oħra.. għax skont hu… kulħadd għandu jingħata l-opportunità biex jaħdem.

Iżda l-għada ta’ din id-dikjarazzjoni, waqt il-porgramm Xtra, Robert Abela kien għamel u-turn u qal li martu ma kinitx se tapplika għall-ebda tender mal-Gvern jekk huwa jilħaq Prim Ministru ta’ Malta.

Dan kollu juri kif il-ħsieb inizjali ta’ Abela kien li jibqa’ jżomm il-kuntratt bi dħul ta’ 17,000 fix-xahar. B’Abela kellu jibdel din l-istqarrija tiegħu wara li kien konfrontat bi pressjoni kbira minn diversi membri tal-Partit Labruista hekk kif din l-ammissjoni tiegħu ma niżlet xejn tajjeb magħhom. Robert Abela għadu sal-lum qed jaħbi u jkaxkar saqajh biex jippubblika l-kuntratt ta’ 17,000 ewro fix-xahar li daħħal għal numru ta’ snin qabel ma sar Prim Ministru; eluf li ħa mill-Awtorita tal-Ippjanar… mit-taxxi tan-nies.