Fl-Olimpijadi tax-xitwa f’Beijing kienet fl-azzjoni Jenise Spiteri għal Malta fil-kompetizzjoni SnowBoard Half-Pipe. Hija temmet fil-21 post minn 22 kompetitriċi fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni maqsum f’żewġ provi.
L-aħjar punteġġ tagħha kien 25.25 fit-tieni prova li bih kienet fil-15 il-post. Madankollu l-punteġġ ta’ 7.25 li kisbet fl-ewwel prova affettwa l-pożizzjoni finali tagħha.
