Coronavirus Lokali

Jinsistu li qed issir diskriminazzjoni bir-regoli tal-Covid-19

Hawn burokrazija kbira f’dan il-pajjiż. Mhux nagħtu biżejjed valur lill- ħajja umana, bid-diskrimnazzjoni fil-konfront tat-tfal li ma ħadux il-vaċċin.

Hekk iddikjarat ma’ Net News omm illi qasmet magħna l-esperjenza tagħha u ta’ uliedha, dwar dak li qed isibu ma’ wiċċhom numru ta’ studenti… b’negliġenza ukoll mill-awtoritajiet.

Hija qalet li b’dan il-mod lanqas qed nirrispettaw lill-anzjani tagħna… għax l-informazzjoni dejjem qed tasal tard.

Tkellmet magħna wkoll dwar l-istat tal-iskejjel, fejn saħqet dwar kif l-għalliema u l-istudenti jafu jbatu minn kundizzjonijiet oħra ‘l quddiem.

Intant persuni li tkellmu ma’ Net News saħqu magħna dwar id-diskriminazzjoni fil-konfront tal-Maltin li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħra. Dan hekk kif min ma ħax il-booster bilfors irid jagħmel 14-il jum kwarantina filwaqt li t-turisti le.

Mara li tkellmet magħna qalet li hija ma setgħatx tieħu l-booster minħabba li kellha l-Covid-19 ftit qabel siefret, u għalkemm kellha dak kollu mitlub minnha biex tidħol lura f’Malta, xorta ġiet mitluba tagħmel kwarantina.

L-istess persuni qalu li mhux ikollhom joqgħodu huma biss fi kwarantina iżda anki dawk li jgħixu magħhom. Huma stqarrew magħna li din ir-regola daħlet minn taħt… bil-Maltin issa jbatu din id-diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom.