L-ex Ministru Laburista Konrad Mizzi spiċċa f’sitwazzjoni ta’ paniku kbir u isteriżmu gravi meta kien iffaċċjat b’mistoqsijiet dwar il-korruzzjoni fil-kuntratt tal-power station tal-Eectrogas f’seduta mqanqla tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC).
Meta ffaċċjat b’mistqosijiet inizjali, Konrad Mizzi attakka ripetutament lid-deputati Nazzjonalisti b’mod personali u beda jaqra minn dikjarazzjonijiet li kellu.
Il-kumitat kien presedut mid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami waqt li d-dputati Nazzjonalisti Karol Aqquilina u Ryan Callus rrappreżentaw lill-Oppożizzjoni. Il-Gvern kien rappreżentat mill-Whip Laburista Glenn Bedingfield, mis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, id-deputat Jonathan Attard u l-Ministru Clayton Bartolo.
L-ex Ministru Konrad Mizzi xehed li kien ta l-ideat tiegħu lill-PL fit-tfassil tal-politika dwar l-enerġija qabel l-elezzjoni iżda ma weġibx min kienu n-nies fil-working group tal-PL dwar l-enerġija u li aktar tard kienu involuti fil-proċess tal-power station għaliex din hi kwistjoni tal-PL.
Hawn intervjena d-deputat Laburista Alex Muscat li tratta r-ruling tal-Ispeaker u qal li l-Kumitat għandu jiffoka biss fuq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali.
Konrad Mizzi ma weġibx dwar l-involviment ta’ David Galea u dwar kif u kemm kien jaf lil David Galea, li kien l-uffiċjal li tpoġġa biex jiddeċiedi dwar il-power station u li kien ingħata direct orders kull fejn kien ministru l-istess Konrad Mizzi. Hu qal li jrid iwieġeb biss mistoqsijiet oġġettivi u ma weġibx jekk iltaqax ma’ David Galea qabel l-elezzjoni tal-2013 u kif tfaċċa isem David Galea.
“Jien kont biss osservatur biex inkun naf x’inhu għaddej u ninfoma b’kollox lill-Kabinet”, sostna Konrad Mizzi, li qal li ma jafx kif ingħażel David Galea għalkemm jaf li kien kompetenti.
Mistoqsi dwar Thomas Leonard, Konrad Mizzi qal li ma jafx kienx membru ta’ xi kumitat u ddikjara li ma jridx iwieġeb mistoqsijiet dwar x’għamel u ma min iltaqa’ qabel l-elezzjoni tal-2013. Hu ma weġibx jekk iltaqax ma’ Sven Lather qabel l-elezzjoni u li dan inġieb mill-PL biex jitkellem dwar il-pjan tiegħu tal-enerġija.
Karl Aquilina staqsa dwar jekk Konrad Mizzi ltaqax ma’ DMV Kima qabel l-elezzjoni b’Konrad Mizzi ma jweġibx. Beppe Fenech Adami u Ryan Callus kkwotaw il-minuti tal-Enemalta li minnhom jirriżulta li Konrad Mizzi kien jipparteċipa fil-laqgħat u ma kienx osservatur. Dwar il-laqgħat li saru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qabel l-elezzjoni tal-2013, Konrad Mizzi qal li din mhix parti mir-rapport tal-Awditur Ġenerali u ma kienx se jwieġeb.
Karol Aquilina wera filmat ta’ qabel l-2013 li fih Konard Mizzi jidher ma’ Joseph Muscat u Thomas Leonard. “Fuqi ma sabu xejn! Serraħ rasek!”, iddikjara Konrad Mizzi, li qal li ma kien hemm xejn ħażin li n-nies li kienu viċin il-PL qabel l-elezzjoni tpoġġew fl-għażla tal-power station.
Dwar kif sar jaf lil Brian Tonna li għamillu l-kumpanija l-Panama, Konrad Mizzi ma weġibx għalkemm sostna li n-nies tal-Bord tal-Evalwazzjoni kienu kompetenti. Glenn Bedingfield akkuża lid-deputati tal-Oppożizzjoni li m’humiex oġġettivi. “Mhux se npaxxik!”, sostna Konrad Mizzi li rabat il-power station mal-marda tal-kanċer. Mistoqsi dwar laqgħat li saru f’Kastilja bejn Keith Schembri, ir-rappreżentanti tal-banek u persuni oħra dwar il-power station wara l-elezzjoni, Konrad Mizzi ma weġibx.
Mistoqsi dwar x’ġara fis-6 ta’ Jannar 2019 u jekk ikkuntattjahx Yorgen Fenech mill-Amerika għax intiliflu jew serqulu l-mobile, Konrad Mizzi staqsa kif Karol Aquilina għandu din l-informazzjoni. Għaliex għal ħames darbiet tlabtu jserraħlu moħħu li ħassar il-messaġġi li bgħatt?, staqsa Karol Aquilina lil Konrad Mizzi. Għal dawn il-mistoqsijiet Konrad Mizzi nfexx jattakka lid-deputati Nazzjonalisti dwar ix-xogħol tagħhom qal li ma kienx jaf lil Melvin Theuma u sostna li ma kienx ħa ritratti miegħu. Mistooqsi jekk jafx li kienu iffasifikaw il-firma tiegħu, Konrad Mizzi ma weġibx. Hu qal li ġieli kellu xi laqgħat ma’ Yorgen Fenech iżda ma ftakarx jekk iltaqax miegħu personalment dwar il-power station. Turab Mussaiev ġieli attenda għal xi laqgħat, sostna Konrad Mizzi, li ma weġibx jekk intervjeniex personalment biex tinħafer it-taxxa.
//= $special ?>