Is-Serata tal-Oscars – Academy Awards – fejn jingħata rikonoxximent lill-aktar personalitajiet taċ-ċinema li distingwew ruħhom fl-aħħar sena għandha ssir fid-Dolby Theatre ta’ Hollywood, f’Los Angeles (fl-Istati Uniti) fis-27 ta’ Marzu.
Intant, il-film The Power of the Dog, tad-direttur Jane Campion u li għandu lill-attur Benedict Cumberbatch fil-parti prinċipali kiseb l-akbar numru ta’ nominazzjonijiet (12) għall-Academy Award. Warajh hemm il-film Dune, b’għaxar nominazzjonijiet u l-films Belfast u West Side Story, b’seba’ nominazzjonijiet kull wieħed.
Grazzi għal din in-nomina, Jane Campion saret l-ewwel mara li spiċċat innominata darbtejn għall-unur l(Oscar) lill-Aqwa Direttur. Il-film tagħha (The Power of the Dog) jitratta tema intensiva fuq stil Western u meta tliet atturi f’partijiet sekondarji — Jesse Plemons, Kodi Smit-McPhee u Kirsten Dunst.—ukoll jispiċċaw mal-finalisti għall-Oscar fil-kategorija tagħhom.
Olivia Colman, Benedict Cumberbatch u Andrew Garfield huma fost l-atturi Britanniċi nnominati għall-Academy Award fil-kategoriji ewlenin . Dan waqt li Dame Judi Dench u Ciarán Hinds huma nnominati wkoll għar-rwoli rispettivi f’karigi sekondarji fil-film Belfast ta’ Sir Kenneth Branagh fost l-innominati għall-Aħjar Direttur).
Din is-sena hemm pressjoni partikulari biex is-Serata tal-Oscars tkun aktar popolari u relevanti għal udjenza aktar żgħażugħa. Intant, l-Akkademja tal-Oscars ikkonfermat li s-Serata se tkun ippreżentata minn personalità magħrufa għall-ewwel darba mill-2018.
//= $special ?>