Futbol Sport

Milan fis-semi finali tal-Coppa Italia b’rebħa fuq Lazio

(Ritratt: EPA)

F’SanSiro Milan kisbu rebħa ta’ 4-0 fuq Lazio biex għamluha għas-semi finali tal-Coppa Italia. Milan fetħu l-iskor fl-24 minuta meta minn pass ta’ Alessio Romagnoli kien Rafael Leao li xeħet fix-xibka għal 1-0. L-attakkant Olivier Giroud irdoppja fil-41 minuta bl-attakkant Franċiż jagħmilhom tlieta fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima. Biex fid-79 minuta kien il-midfielder Franck Kessie li assigura minn rebħa konvinċenti ta’ 4-0.

COPPA ITALIA

Ilbieraħ: Inter v Roma 2-0, Illum: Milan v Lazio 4-0 Għada: Atalanta v Fiorentina 6.00pm, Juvenuts v Sassuolo 9.00pm