Lokali Qorti

Raġel akkużat bi frodi ta’ $700,000 mixli bħala s-sitt persuna li ħataf raġel fir-Rabat

Rabti ta’ 25 sena li qed jiġi mixli li wettaq frodi fejn allegatament battal kartiera Crypto ta’ persuna li kien qed jieħu drink miegħu Tas-Sliema, u li minnu allegatament ħadlu $700,000 kien is-sitt persuna li tressaq il-Qorti mixli bil-ħtif ta’ Carlos Schembri  x-xahar li għadda. Luke John Milton wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

Il-ħtif seħħ nhar il-21 ta’ Jannar li għadda.  B’rabta ma’ dan il-każ diġa tressqu l-Qorti ħames persuni oħra: Christian Borg ta’ 28 mis-Swieqi, Thorne Mangion ta’ 27 sena minn Ħal Qormi, Tyson Grech ta’ 26 sena mill-Isla, Jeremy Borg ta’ 20 sena minn Ħal Qormi u Burton Azzopardi ta’ 20 sena minn Bormla.

Huwa ngħata l-libertà proviżorja mill-Maġistrat Charmaine Galea b’depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €5,000. Inħarġet ordni ta’ protezzjoni favur Carlos Schembri u l-familja tiegħu u l-Qorti wissiet li jekk tinkiser Milton jeħel sa sentejn ħabs u jeħel multa ta’ €7,000. Milton tressaq il-Qorti separatament wara li kien qed jingħata l-kura l-isptar.

Il-Qorti t-Tlieta li għaddew tat il-ħelsien mill-arrest lil Christian Borg , Thorne Mangion, Burton Azzopardi ta’ 20 sena minn Borma u Jeremy Borg  wara li nsemgħu diversi xhieda jixhdu b’rabta mal-istess inċident. Talba għall-ħelsien mill-arrest għall-koakkużat Tyson Grech ta’ 26 sena mill-Isla, ġiet miċħuda wara li l-maġistrat osservah qed jipprova jintimida xhud fl-awla.

Milton kien assistit mill-avukati Stefano Filletti u Matthew Xuereb.  L-Ispetturi Sarah Zerafa u Roderick Attard, flimkien mal-prosekutur tal-AĠ Karl Muscat, akkużaw lil Milton li ħataf lil Carlos Schembri, li żammu kontra r-rieda tiegħu, li heddu bil-mewt, li weġġgħu ħafif, li seraq €1,000 fi flus kontanti, kif ukoll oġġetti oħra mingħand Schembri, konfoffa kriminali, ksur tal-paċi pubblika u ksur tal-kundizzjonijiet tal-pleġġ.

Jekk jinstab ħati ta’ din l-aħħar akkuża, Milton jirriskja li jitlef il-pleġġ  ta’ €100,000, li kien ġie impost f’każ separat waqt t ransazzjoni tal-munita kripto. Waqt il-każ ta’ Milton, d-difiża ikkontestat l-legalità tal-arrestL-avukati difensuri ta’ Milton, għamlu sottomissjonijiet dettaljati waqt is-seduta  li fiha argumentaw li l-arrest tal-klijent tagħhom kien sar illegalment.

Id-difiża argumentat li peress li, Milton kien ingħata l-police bail biex jirċievi l-kura l-isptar u mbagħad reġa spiċċa taħt arrest, kien meħtieġ it-tieni mandat ta’ arrest. Wara li semgħet sottomissjonijiet miż-żewġ naħat, il-qorti iżda ma qablitx ma’ dan l-argument u ddikjarat l-arrest bħala validu.

L-Ispettur Roderick Attard qal li Milton kien ikkopera u kellem lill-investigaturi fil-preżenza ta’ avukat. L-uffiċjali kienu fittxew id-dar tiegħu u ma sabu xejn ta’ importanza. L-avukati tad-difiża talbu wkoll il-ħelsien mill-arrest għall-klijent tagħhom, filwaqt li nnutaw li Milton ma pprovax jaħrab waqt li kien l-isptar.

Kemm il-vittma kif ukoll ix-xhieda ċivili fil-każ tal-ħtif diġà xehdu u l-ko-akkużati l-oħra kollha, barra wieħed, ingħataw il-libertà proviżorja, sostna t-tim tad-difiża ta’ Milton. Il-prosekuturi, min-naħa l-oħra, sostnew li Milton kien diġà kiser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ f’każ ieħor li jiffaċċja relatat mas-serq tal-kripto-munita u sostnew li m’għandux jitħalla joħroġ qabel ma xhieda ċivili kkonfermaw dak li xehdu fil-każ,.

Xi wħud minn dawk ix-xhieda kellhom bħala “pjuttost ostili”, qalet il-prosezzjoni. Il-Maġistrat Charmaine Galea ddeċidiet li tagħti lil Milton il-libertà proviżorja kontra depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €5,000. Milton għandu jirrispetta curfew bejn il-11pm u s-6am u jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat darbtejn fil-ġimgħa.

Huwa ngħata wkoll struzzjonijiet biex ma javviċinax lil Schembri jew lill-familja tiegħu. Milton kien rappreżentat mill-avukati Stefano Filletti u Matthew Xuereb. L-Ispetturi Roderick Attard u Sarah Kathleen Zerafa flimkien mal-avukat ġenerali Karl Muscat mexxew il-prosekuzzjoni.