MARSASKALA ……………….. 0
VALLETTA ……………………….. 5
Marsaskala: M.Bartolo, S.Cesare, A.Bello Osagie, F.Zammit, A.Bonavia (D.Vella 74′), J.Spiteri (M.Pulis 46′), N.Zammit (D.Aquilina 46′), J.Barbara (D.Stanic 46′), R.Grech, R.Farrugia, M.Vassallo
Valletta: Y.Cini, J.Borg, T.Caruana (K.Tulmieri 46′), L.Murillo (D.Promise 79′), H.Dilaver (S.Mackay 79′), S.Dimech, C.Gauci, E.Pena Beltre (A.Zammit 65′), I.Curijic (M.Sansone 65′), R.Muscat, C.Prado
Referee: D.Portelli
Assistenti Referees: L.Portelli, V.Vasilev
Fis-Centenary Stadium Valletta kisbu rebħa faċli ta’ 5-0 fuq it-tim mill-Amateur League Marsaskala. Huma marru fil-vantaġġ permezz ta’ Haris Dialver fir-raba’ minuta b’Ivan Curijic jirdoppja fil-35 minuta. Valletta komplew jiddominaw u żiedu l-iskor b’doppjetta ta’ Shaun Dimech, fis-47 u fit-52 minuta. Valletta skorjaw il-ħames gowl tagħhom fis-67 minuta b’konklużjoni ta’ Ivan Curijic.
F’partita oħra il-holders Balzan kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 fuq Pieta Hotspurs biex ukol għamluha mal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni. Huma fetħu l-iskor fit-tieni minuta permezz ta’ Milan Duric, qabel ma’ l-istess player rdoppja fl-10 minuta għal 2-0. It-tielet gowl għal Balzan wasal fil-31 minuta b’konklużjoni ċentrali ta’ Milos Mijic. Bojan Kaljevic skorja r-raba’ gowl mal-ftuħ tat-tieni taqsima qabel Milan Duric għaqqad il-hat-trick b’xutt mid-distanza fit-53 minuta. Pieta’ skorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni fl-84 minuta bi freekick Joao Pedro għal skor finali ta’ 5-1.
Floriana wkoll għamluha mal-aħħar sittax b’rebħa minima fuq Għajnsielem bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fis-77 minuta meta x-xutt ta’ Aleandro Garzia kien salva mill-goalkeeper Adrian Parnis, biex mit-tieni tentattiv kien Andrei Ciolacu li xeħet fix-xibka.
IZIBET FA TROPHY
Round tal-aħħar 32 : Marsaskala v Valletta 0-5, Balzan v Pieta 5-1, Floriana v Għajnsielem 1-0, Gudja v Swieqi U. 4-0,
//= $special ?>