L-aħħar reshuffle fil-Kabinett Britanniku tal-Prim Ministru Boris Johnson spikka l-aktar għall-għażla ta’ Jacob Rees-Mogg bħala l-Ministru responsabbli mill-Opportunitajiet (għar-Renju Unit) wara Brexit. Rees-Mogg irid anki jieħu ħsieb l-effiċjenza tal-Gvern wara ġimgħat ta’ theżżiż u problemi għall-amministrazzjoni f’Londra.
Ir-reshuffle segwa ‘l-movimenti simili’ ta’ Settembru fl-istess Kabinett u meta issa, Rees-Mogg – attivist ewlieni fil-kampanja ‘Leave’ ta’ qabel ir-referendum tal-2016 biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – sar membru sħiħ tal-Kabinett u wara li hu, qabel, kien sempliċiment jattendi għal-laqgħat.
Intant, Mark Spencer, l-eks chief whip tal-Gvern fil-Parlament ħa post Rees-Mogg bħala l-lider tal-Konservattivi fil-House of Commons.
Dan meta Boris Johnson qed iwiegħed bidla ‘fil-kultura tal-partit fil-Gvern’ u biex jikkonsulta lid-deputati Konservattivi fit-tfassil ta’ politika.
L-atteġġjament ġdid mistenni jfisser anki rwoli prominenti għal Jacob Rees-Mogg, Mark Spencer u personalitajiet oħran mal-Partit Konservattiv.
Intant, Boris Johnson għadu taħt pressjoni mid-deputati li jriduh iwarrab minħabba festini li kienu organizzati fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Downing Street ( Londra) waqt l-ewwel xhur tal-pandemija u fi żmien meta r-Renju Unit kien kostrett għal-lockdown strett.
//= $special ?>