Lokali

Roberta Metsola se tkun qed iżżur pajjiżna f’jum San Pawl

Roberta Metsola se tkun qed iżżur pajjiżna fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Pawl. Din timmarka l-ewwel żjara uffiċjali tagħha minn wara li ġiet eletta bħala President tal-Parlament Ewropew fit-18 ta’ Jannar 2022.

Roberta Metsola se tkun qed tattendi għall-quddiesa pontifikali fil-Knisja Kolleġġjata Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. Din il-quddiesa se tkun qed tixxandar fuq NET TV u tibda fid-9.30am.

Fiż-żjara tagħha se tkun qed tiltaqa’ wkoll mal-President George Vella. Hija se tkun qed tfakkar il-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia billi se tmur fil-post fejn ġiet assassinata fil-Bidnija.