Taljan ta’ 32 sena li jgħix Malta ġie kundannat sena ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li nhar it-Tnejn li għadda kkommetta serqa minn gym ta’ lukanda f’San Pawl il-Baħar. “Kont iddisprat u jiddispjaċini għal dak li għamilt. Tlift l-impieg li kelli, għolietli l-kera tar-residenza u barra minn hekk kelli nixtri l-mediċina għat-tfajla tiegħi li qed tistenna tarbija,” qal Rosario Salvatore Sciuto lill-Qorti.
Viżibilment iddispjaċut it-Taljan skuża ruħu għal darba darbtejn għal dak li għamel. L-Avukat tiegħu Carl Tanti qal li l-klijent tiegħu ikkolabora mal-Pulizija u mill-ewwel wera li ddispjaċih ta’ dak li għamel u lest li jammetti. L-Avukat qal lill-Qorti li mhux qed jiġġustifika dak li għamel wieħed irid jara s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Għamel żball ta’ darba u jidher li fehem il-konswegwenzi u li l-kondotti tiegħu hija waħda netta.
L-Ispettur George Frendo li ressaq lit-Taljan qabel ma’ dak li qal l-Avukat u qal li nhar is-7 ta’ Frar sar rapport fl-Għassa tal-Qawra minn tnejn li qalu li meta kienu il-lukanda Sorreda Hotel insterqulhom żewġ basktijiet mill-locker tal-gym. Il-Pulizija tkellmet max-xhiueda u ġew osservati wkoll filmati tas-CCTV u minn hemm waslu għall-akkużat li kien jaħdem fl-istess lukanda. Meta kompliet tinvestiga, l-Pulizija marret f’indirizz f’appartament f’Tas-Sliema, l-u xi affarijiet instabu hemm u anke fil-karozza.
L-oġġetti kienu jinkludu ‘head phoneżs, ħwejjeġ u xi affarijiet oħra; Ħafna mill-affarijiet ġew rikoverati u li t-Taljan qed jiġi akkużat b’serq aggravat. Huwa verament iddispajċih għal dak li għamel u sab xogħol ġdid. Il-Qorti qalet li s-sentenza għal dan il-każ hij minn seba’ xhur sa tliet snin ħabs. Tista’ tagħżel ukoll li t-terminu jiġi sospiż. Il-prosekuzzjoni qalet li peress li mhux kollox ġie rkuprat, ir-reat huwa kontinwat.
Hawn Sciuto qal li l-Pulizija li kienu ħadu kollox, saħansitra anke ħadu l-ħwejjeġ tiegħu, nkluż xi żraben. L-Ispettur qal li dawn il-ħwejjeġ huma li kien liebes waqt li kkommetta r-reat.. Fuq ammissjoni huwa nstab ħati u ġie kundannat sena ħabs sospiżi għal sentejn.
//= $special ?>