Tottenham sofrew telfa sorprendenti meta f’darhom kienu megħluba minn Southampton bl-iskor ta’ 3-2. Tottenham marru fil-vantaġġ fit-18-il mintua meta kien Jan Bednarek li tefa’ fil-lasta tiegħu stess, qabel fit-23 Armando Broja kiseb d-draw għal Southampton. Tottenham reġgħu marru fil-vantaġġ fis-77 minuta b’gowl ta’ Heung-Min Son, b’Southampton għal darb oħra jġibu d-draw fit-80 minuta permezz ta’ Mohamed Elyounoussi. Biex żewġ minuti wara kien Che Adams li skorja dak li kellu jkunu il-gowl tar-rebħa għal Southampton.
F’partita mill-isbaħ f’Villa Park Aston Villa u Leeds temmew fi draw ta’ 3-3. Leeds fetħu l-iskor b’gowl ta’ Daniel James fid-9 minuta b’Philippe Coutinho jagħmel l-iskor indaqs fit-30 minuta. Aston Villa marru fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls b’doppjetta ta’ Jacob Ramsey fit-38 u fl-43 minuta, qabel Daniel James naqqas id-distakk fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima, għal 3-2. Biex fit-tieni taqsima gowl ta’ Dieo Llorente fit-63 minuta kien biżejjed biex Leeds salva draw u kisbu punt importanti fil-ġlieda tagħhom biex iżommu posthom fil-Premier League.
F’partita oħra il-leaders Man City kisbu rebħa komda ta’ 2-0 fuq Brentford. Huma fetħu l-iskor fl-40 minuta b’penalty ta’ Riyad Mahrez qabel ma fid-69 kien Kevin De Bruyne li assigura minn rebħa oħra għat-tim immexxi minn Pep Guardiola.
PREMIER LEAGUE
Illum: Tottenham v Southampton 2-3, Norwich v C’Palace 1-1, Man City v Brentford 2-0, Aston Villa v Leeds 3-3
//= $special ?>