Anzjana ta’ 75 sena li hija residenta f’Birkirkara tinsab tissielet għal ħajjitha, wara li lbierah għal ħabta tal-5.00 pm ntlaqtet minn karozza fi Triq Misraħ il-Barrieri, f’Santa Venera.
Il-Pulizija marret mal-ewwel fuq il-post fejn investigazzjonijiet prelimenarji irriżultaw li l-mara li l-anzjana ntlaqtet minn Ford Ranger li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 50 sena, li huwa resident f’Raħal Ġdid.
Il-vittma ingħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku, fejn wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura u ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.
B’dan il-każ giet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea, fejn ħatret inkjesta rigward dan il-każ.
Dan filwaqt li l-Pulizija għada għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>