Futbol Sport

Birkirkara b’rebħa komda fuq Fgura

(Ritratt: MFA)

BIRKIRKARA ……………….. 4

FGURA ………………………… 0

Birkirkara:  J. Archibald, E.Ruiz, E.Pepe, L.Montebello (P.Mbong 46′), K.Zammit, F.Falcone (M.Gambin 65′), R.Scicluna (O.Sciberras 74′), L.Aguirre (J.Valletta 65′), K.Bevis, J.Macedo, D.Venancio (C.Bonanni 46′)

Fgura:  J.Azzopardi, L.Pisani (C.Ciantar 74′), D.Caruana (D.Quintero 58′) , R.Prudente (Ewertton 58′), J.Micallef (G.Borg 74′), M.Brincat (T.Grech 58′), J.Stensen, K.Gandini, J.Vella , J.Cassar, S.Borg

Referee: A.Sciriha

Assistenti Referees: M.Scerri, M.Muscat

Fis-Centenary Stadium Birkirkara għamlu mal-aħħar sittax tal-Izibet FA trophy meta bl-aktar mod komdu għelbu lil Fgura bl-iskort ta’ 4-0. Birkirkara fetħu l-iskor fit-12-il minuta meta kien Luke Montebello li kkonkluda fix-xibka fuq cross ta’ Leandro Aguirre.

Huma rdoppajaw ħames minuti wara permezz ta’ Jefferson Macedo, qabel Kilian Bevis għamilhom tlieta bir-ras fis-26 minuta. Birkirkara skorjaw ir-raba’ gowl tagħhom fid-49 minuta meta minn cornere ta’ Jeffereson Macedo kien Federico Falcone li bir-ras xeħet fix-xibka għal 4-0.

Ħamrun ukoll għamluha mal-fażi tal-aħħar sittax meta għelbu lil Naxxar bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fis-27 minuta meta minn cross ta’ Christian Mercieca kien Faissal El Bakhtaoui li xeħet fix-xibka għal 1-0.

Intant Sliema wkoll ikkwalifikaw meta għelbu lil Vittoriosa Stars bl-iskor ta’ 3-0. Sliema marru fil-vantaġġ fit-32 minuta permezz ta’ Pablo Morales, b’Vittoriosa jfallu penaltu mogħti minn Ayorinde li ra x-xutt tiegħu salvat minn Timmy Aquilina. Biex Sliema rdoppjaw fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqisma meta minn cross ta’ Morales kien Jake Engerer li xeħet fix-xibka bir-ras. Sliema għamluhom tlieta fit-92 minuta meta għal darb’oħra bir-ras kien Omar Elouni li xeħet ġewwa għal 3-0.

IZIBET FA TROPHY

Illum: Birkirkara v Fgura 4-0, Ħamrun v Naxxar 1-0, Sliema v Vittoriosa 3-0, Santa Lucia v Sirens 4-1, Żejtun v Xewkija 7-1