Coronavirus Lokali

Covid-19: 118 kaz ġdid – imutu 4 persuni

Mara oħra ta’ 92 sena, u tliet irġiel ta’ 62, 74 u 82 sena, huma l-aħħar vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna, bl-ammont totali ta’ mwiet kaġun tal-pandemija issa jitla’ għal 576.

Dawn l-imwiet jimmarkaw 16-il mewta f’temp ta’ sitt ijiem, filwaqt li llum jimmarka l-24 jum konsekuttiv fejn pajjiżna rreġistra mewt oħra kawża tal-pandemija.

Intant, fl-aħħar sigħat f’Malta u f’Għawdex instabu 118-il każ ġdid.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis fiequ 270 persuni, filwaqt li l-każijiet attivi issa niżlu għal 1,941.

Minn 70 każ ta’ Covid-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 4 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.