Fiorentina kisbu rebħa drammatika ta’ 3-2 fuq Atalanta biex għamluha għas-semi finali tal-Coppa Italia.
Kienu Fiorentina li marru fil-vantaġġ fid-9 minuta permezz ta’ penalty mogħti u skorjat minn Krzysztof Piatek għal 1-0. Minkejja dan Atalanta kisbu d-draw mat-30 minuta meta minn pass ta’ Remo Freuler kien Davide Zappacosta li xeħet fix-xibka għal 1-1. Fit-tieni taqsima Atalanta marru fil-vantaġġ fis-56 minuta b’gowl ta’ Jeremie Boga, bi Krzysztof Piatek jerġa’ jikseb id-draw fil-71 minuta. Hekk kif il-logħba dehret li sejra għal ħin barrani, fid-93 kien Nikola Milenkovic li kkonkluda fix-xibka għal skor finali ta’ 3-2.
Juventus ukoll għamluha fis-semi finali meta għelbu lil Sassuolo bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Juventus li marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta fit-tielet minuta kien Paolo Dybala li xeħet fix-xibka għal 1-0. Minkejja dan Sassuolo kisbu d-draw fl-24 minuta meta minn pass ta’ Gianluca Scamacca kien Hamed Traore li tefa’ fix-xibka għa 1-1. Biex fit-88 minuta kien Juventus li skorjaw il-gowl deċiżiv, meta kien Ruan Tressoldi li xeħet il-ballun fix-xibka tiegħu stess, b’Juventus jagħmluha fis-semi finali fl-aħħar minuti tal-partita.
COPPA ITALIA
Illum: Atalanta v Fiorentina 2-3, Juventus v Sassuolo 2-1
//= $special ?>