Għawdex Lokali

Frustrazzjoni enormi minħabba li l-vapuri kienu weqfin

Tard ilbieraħ bil-lejl, diversi persuni li kienu qed jaqsmu minn Malta lejn Għawdex sabu ma wiċċhom sitwazzjoni xejn sabiħa hekk kif il-kumpanija Gozo Channel kienet b’żewġ vapuri neqsin. Dan għaliex in-Nikolaos ma setax jintuża u l-Malita kien għadu għat-tiswija.

B’riżultat ta’ dan, mijjiet ta’ karozzi inqabdu fiz-zona tal-Mellieħa f’kjuwijiet twal. “Din hija diżorganizzazjoni enormi”, stqarr magħna wieħed mill-ħafna Għawdxin li f’dak il-ħin spiċċa maqbud f’serbut twil ta’ karozzi.

Familja oħra qaltilna li l-kumpanija missha taf sew li meta jkollna festa f’nofs il-ġimgħa dejjem jikber il-moviment ta’ nies lejn Għawdex. “Allura għaliex ma lestewx ix-xogħol fuq il-Malita qabel San Pawl?”

Persuna oħra kitbet “Prosit Ministru, xebbajtuna!”