Lokali

Il-Maltin jemmnu li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni f’pajjiżna hi ta’ importanza

Fil-maġġorparti tal-Maltin jemmnu li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni f’pajjiżna hi ta’ importanza kbira… bil-medja ġenerali huma totalment kontra l-korruzzjoni… hekk kif fil-maġġoranza jemmnu li l-politikanti eletti huma korrotti.

Dan ħareġ minn stħarriġ dwar il-governanza t-tajba li sar mill-Fakultà tal-Benesseri Soċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta fejn 600 persuna, li għandhom 16-il sena jew iktar, ġew ikkuntatjati matul Jannar ta’ din is-sena.

Minn dan l-istħarriġ ħareġ li 3 minn kull 5 jħossu li la għandhom paga baxxa iżda lanqas paga tajba. U dan filwaqt li 35.% iħossuhom li kompletament mhumiex imħallsa biżżejjed għax-xogħol li jagħmlu.

35.4% ta’ dawk li rrispondew qalu li ma jħossuhomx komdi jkelmu xi politikant biex jgħinhom jew itihom xi servizz għax jafuhom… b’dawk li għandhom edukazzjoni għolja huma fost dawk l-iktar li huma kontra dan l-att, filwaqt li dawk li huma bla xogħol jaqblu li wieħed ikellem lil politikant.