Fuq fomm kulħadd … l-għoli tal-ħajja essaġerat.
Kienu ħafna dawk li esprimew dan fuq kummenti taħt post fuq Facebook fejn saħqu li r-realtà li qed togħla l-ħajja mhix ċajta.
“Kollox doppju sar u l-pagi dejjem l-istess,” saħqet mara.
Tant hu hekk, li oħrajn esprimew li jkollok f’idejk €100 tispiċċa ttajjarhom f’kemm ilna ngħidu f’xirja waħda, liema xirja tkun saret bilgħaqal.
Oħrajn ftakru kif il-ħajja splodiet iżda dan mhux għal kulħadd hekk kif uħud mill-politikanti, b’referenza indiretta għall-eluf li ħa Robert Abela, dan mhux jinħass minnu tant li ma jafx minn xiex il-poplu verament għaddej minnu. Fil-fatt, iż-żieda ta’ €1.75 fil-ġimgħa qed tkun meqjusa bħala daħq fil-wiċċ.
U kumment ieħor jgħid kif kważi trid titqammel u tiċċaħħad mill-iktar affarijiet bażiċi biex jirnexxilek tgħaddi.