Lokali

Jingħalaq momentarjament l-ajruport wara inċident fir-runway

Il-mitjar fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-Ħamis waranofsinhar kellu jingħalaq għal xi ħin wara li ajruplan żgħir kien involut f’inċident.

Il-każ seħħ ftit wara s-sagħtejn u nofs meta l-ajruplan kien involut fl-imsemmi inċident fil-main runway.

Ritratt: Malta Aviation Outlook

Kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonfermaw li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fil-post minnufih fejn fortunatament l-unika persuna abbord l-ajruplan ma ġarrab ebda ġrieħi.

Filwaqt li l-mitjar preżentament jinsab magħluq, il-ħidma sabiex l-operazzjonijiet jibdew jaħdmu minnufih b’mod imminenti għaddejja ġmiela.

Min informazzjoni li rnexxielu jikseb Net News, jidher li l-ħsara li ġarrab l-ajruplan kienet f’dik li tissejjah in-‘nose wheel’ li hija r-rota ta’ quddiem tal-ajruplan.

Intant għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet meħtieġa b’rabta mal-każ.