L-atleta mill-Iran Saveh Shemshaki huwa l-ewwel atleta li rriżulta pożittiv għad-doping fl-Olimpjadi tax-Xitwa f’Beijing. L-iskier ta’ 36 sena ġie sospiż wara li rriżulta pożittiv għal sustanza projbita mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u mill-World Anti-doping Code.
L-International Testing Agency qalet li Shemskaki, li kien mistenni jikkometi fit-tielet edizzjoni tiegħu, jista’ jappella l-każ tiegħu quddiem il-Qorti Arbitrali tal-Isport.
Shemshaki huwa wieħed minn żewġ atleti li qed jirrappreżentaw lill-Iran f’din l-edizzjoni flimkien mal-iskier Atefeh Ahmadi.
//= $special ?>