Knisja Kultura Lokali

Malta tiċċelebra l-festa ta’ San Pawl Nawfragu

Fil-Belt Valletta, llum qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pawl Nawfragu – festa nazzjonali li ta kull sena tiġi ċċelebrata b’tant għożża mill-poplu kollu għaliex torbot il-kultura ta’ pajjiżna mal-għeruq Kristjani tiegħu.

Dalgħodu fil-Belt isir il-pontifikal mmexxi mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna u li għalih jattendu wkoll il-President ta’ Malta George Vella, u l-Kap tal-PN Bernard Grech.

Tispikka wkoll il-preżenza tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, li qed iżżur Malta għall-ewwel darba minn mindu ġiet eletta f’din il-kariga.

Minkejja t-temp mill-isbaħ, din is-sena reġa’ tħassar il-marċ tradizzjonali li jsir kmieni wara nofsinhar minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, filwaqt li llejla toħroġ il-vara ta’ San Pawl mingħajr ma ssir purċissjoni.